Lokali Saħħa

Lista ma tispiċċa qatt ta’ mediċini u prodotti out-of-stock mill-ispiżeriji tal-POYC

Is-settur tas-saħħa mill-ġdid fuq fomm kulħadd. Din id-darba minħabba l-fatt li numru kbir ta’ mediċini u anke prodotti ta’ iġene personali jinsabu out-of-stock mill-ispiżeriji tal-POYC.

Fost il-mediċini out-of-stock hemm dawk tad-dijabete, tal-pressjoni, tal-epilessija u tal-cholesterol. Hemm ukoll kremi għal kontra l-ġilda niexfa ….u l-ħrieqi tal-adulti li jinsabu out-of-stock ukoll.

Dan apparti li persuni li għandhom aktar minn 35 sena u għandhom id-dijabete tat-tip 1 iridu jonfqu mal-€200 fix-xahar biex ikollhom il-Continuous Glucose Monitor.

Ġibed l-attenzjoni dwar dan kollu l-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Kura Primarja, Ian Vassallo wara li diversi persuni avviċinawh dwar dak li qed jaffaċjaw ta’ kuljum.

Is-sitwazzjoni tal-mediċini out-of-stock ilha xhur titfa’ piż fuq il-pazjenti u diversi persuni oħra li ta’ kuljum jiġu bżonn mediċini partikolari.

Il-Gvern minn naha tieghu suppost jippublika l-lista tal-mediċini out-of-stock. Iżda din il-lista mhux talli mhix qed tiġi aġġornata, talli l-Gvern neħħiha kompletament minn fuq l-internet.

Fuq il-midja soċjali, diversi persuni kkummentaw dwar dan in-nuqqas li qed jitfa’ piż kbir fuq il-familji Maltin u Għawdxin u li qed ikompli jżid mal-piż tal-għoli tal-ħajja li iktar ma jmur iktar qed jikber.

B’kumment ta’ omm juri kif qed tispiċċa tonfoq il-pensjoni kollha tad-diżabbiltà ta’ binha għax mhix qed issib mediċini li suppost jingħataw b’xejn mill-Gvern. U persuna oħra tweġibha li dan hu kollu daħq fil-wiċċ għax il-Gvern l-ewwel jagħtik imbagħad jerġa’ joħodlok dak li suppost wieħed hu intitolat għalih.

Kummenti ieħor jindika illi kull disat ijiem din il-persuna qed tonqof kważi €38 għal mediċina kontra l-aċtu fl-istonku hekk kif din ilha out-out-stock mill-POYC mill-2018; ħames snin sħaħ.

Dan kollu filwaqt li l-Gvern Laburista, minflok investa fil-poplu Malti u Għawdxi berbaq il-miljuni ta’ ewro għall-barranin, Vitals u Steward.