Lokali

Żewġ irġiel weġġgħu gravi f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku

Taljan ta’ 61 sena u Malti ta’ 37 sena weġġgħu gravi f’żewġ inċidenti separati il-Ġimgħa filgħaxija.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-19:00, fi Triq ix-Xatt il-Gżira, meta għal xi raġuni Taljan ta’ 61 sena intlaqat minn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 33 sena residenti Marsaskala.

It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tad-21:00, fi Triq il-Lunzjata, Santa Venera, fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mutur misjuq minn raġel ta’ 37 sena residenti l-Imsida kien involut f’inċident ma karozza misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti wkoll l-Imsida.

Fil-post ġew imsejħa tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lit-Taljan kif ukoll lix-xuffier tal-mutur l-Isptar Mater Dei.

Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.