Knisja Lokali

Dun Aayrton Muscat jinħatar kappillan ġdid għall-parroċċa ta’ Pembroke

L-Arċisqof Charles Scicluna qed jafda il-ħidma pastorali tal-parroċċa ta’ Kristu Rxoxt f’Pembroke f’idejn Dun Aayrton Muscat biex ikun il-kappillan il-ġdid tagħha.

Dun Aayrton Muscat twieled fis-26 ta’ Novembru 1992. Irċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-Iskola Primarja tal-Imtarfa, fil-Kulleġġ San Elija f’Santa Venera, fil-Junior College u l-Higher Secondary. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Filosofija u t-Teoloġija fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

Dun Aayrton kompla l-istudji tiegħu b’Liċenzja fix-Xjenzi tal-Familja u Żwieġ, fl-Istitut Ġwanni Pawlu II fi ħdan l-Università tal-Lateran f’Ruma fl-Italja.

Hu ġie ordnat saċerdot fis-27 ta’ April 2019 u serva pastoralment fil-parroċċi ta’ San Ġiljan u tal-Imtarfa. Fl-2021 inħatar bħala Assistent Direttur tal-Moviment ta’ Kana, entità tal-Knisja li toffri servizzi varji kif ukoll għajnuniet varji ta’ sostenn lill-familji, koppji u individwi. Minn din is-sena, Dun Aayrton se jkun id-Direttur Spiritwali tal-Moviment ta’ Kana.

Il-parroċċa ta’ Pembroke tiġbor fiha madwar 3,500 persuna