Andrè Muscat
GUDJA UTD………….. 1
GŻIRA UTD…………… 6
Gudja Utd : I. Sozer, B. Armando Melo, J. Arthur, G. Mensah, C. Borg (L. Grech 69’), E. Mendes, Z. Grech (S. Attard 46’), M. Cassini (O. Serrano 38’), K. Micallef, A. Toure (R. Lorenzoni 79’), M. Esposito (S. Angulo 70’)
Gżira Utd : D. Zarkov, C. Conceicao, G. Bohrer, A. Borg (H. Kabar 86’), T. Aldama, Z. Scerri, M. Dias, L. Ribeiro (W. Teixeira 77’), A. Sane (B. Borg 64’), F. Romero (T. Espindola 64’), JC. Silva (B. Azizi 64’)
Imwissija: G. Bohrer 15’ (GU),M. Cassini 30’ (GU), C. Borg 33’ (G), B. Armando Melo 43’ (GU), JC. Silva 53’ (G), K. Micallef 61’ (GU),
Skorjaw: G. Mensah 15’ (GU), L. Ribeiro 35’ (G), A. Sane 36’ 47’ (G), G. Bohrer 71’ (G), B. Borg 87’ (G), T. Aldama 92’ (G)
Referee: Ezekiel Barbara
Assistenti Referees: Luke Portelli u Vasil Vasilev
BOV Plejer tal-Logħba: Marcelo Dias
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Jose Costa Silva
Gżira United fl-Istadium Nazzjonali kisbu l-ewwel rebħa tagħhom f’dan il-kampjonat, meta fir-raba’ ġurnata ġabu fix-xejn lill-Gudja United.
Mal-kwarta logħob Gudja Utd fetħu l-iskor, meta freekick mill-isbaħ u dirett lejn il-lasta ta’ Gżira, kien Mensah li poġġa lill-Gudjani fil-vantaġġ.
Fit-28 minuta Gżira jersqu viċin id-draw meta kross ta’ Silva lejn in-nofs Ribeiro jogħla u bir-ras jitfa’ ftit barra.
Gżira jġibu draw fil-35 minuta meta Rebeiro jiskurja wara li rċieva kross bir-ras mingħand Gabriel Bohrer.
Fis-36 minuta Gżira jdawru riżultat favur tagħhom, meta min-nofs il-ground Zachary Scerri jitfa’ ballun fit-tul lejn Sane, b’dan ta’ l-aħħar iqabeż minn fuq Sozer biex jagħmilhom 2-1.
Gżira kienu viċin li jagħmluhom 3 fl-46 minuta meta Sozer salva b’diffikulta xutt ta’ Sane.
Wara bidu tajjeb ħafna mill-Gudja li saħansitra marru fil-vantaġġ, iżda mal-ħin Gżira bdew iżidu fil-logħob tagħhom, b’aktar attakki perikolużi tant li sa tmiem l-ewwel taqsima dawru riżultat favur tagħhom u daħlu għal ħin tal-mistrieħ 2-1 minn fuq.
Wara 2 minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Gżira jagħmluhom 3-1, b’Sane jiskorja doppjeta personali tiegħu, wara li mill-lemin irċieva kross mingħand Dias biex f’lasta vojta ma’ żbaljax.
Fil-71 minuta Arthur ta’ Gudja jwaqqa lil Brooklyn Borg fil-kaxxa l-kbira, bir-referee Barbara jipponta subajh lejn il-mark tal-11-il metru. Kien Gabriel Bohrer li inkariga ruħu mill-penalty, biex ma żbaljax u għamilhom 4-1 għall-Gżira United.
Gżira jagħmluhom 5-1 fis-87 minuta, wara li Aldama mill-lemin jitfa’ kross fil-baxx fejn issib lil Brooklyn Borg, li waħdu minn taħt il-lasta ma żbaljax.
Żewġ minuti fuq id-90 minuta Gżira jżidu ieħor, wara li Kabar jara l-ballun tiegħu salvat minn Sozer, bil-ballun jispiċċa f’saqajn Aldama li waħdu ma żbaljax.
F’bidu kemm xejn diffiċli għal Gżira, t-tim ta’ Darren Abdilla bdew iżidu fil-logħob tagħhom aktar ma beda jgħaddi l-ħin, sakemm ġabu fix-xejn lill-Gudja United, biex b’din ir-rebħa Gżira telaw lejn in-nofs tal-klassifika b’4 punti, filwaqt li Gudja baqaw mal-aħħar tlieta b’2 punti minn erba’ konfronti.
(Ritratt: Trevor Sollars)
//= $special ?>