Messaġġi fuq WhatsApp juru li l-Ministru Ian Borg u ħaddiema fil-ministeru tiegħu kienu jagħtu numru ta’ ismijiet lil Clint Mansueto, d-Direttur tal-Liċenzjar fi Transport Malta, biex dan ‘jgħin’ lil dawn il-persuni biex jingħataw il-liċenzja.

Messaġġ partikolari li kien mibgħut lura fl-2019, juri lil Ministru Borg, jgħid lil Mansueto li barman fi stabiliment f’Ħad-Dinglli, kien qed jistenna d-data ta’ meta għandu jitla’ biex jagħmel l-eżami, bid-Direttur tal-Liċenzjar iwieġeb ‘l-ħabib tiegħek huwa l-ħabib tiegħi’ … ġimagħtejn wara Mansueto jibgħat messaġġ lil Ministru Borg jgħidlu li dan il-barman ‘gradwa’.
Waqt li messaġġ ieħor juri li l-Ministru Borg kien bagħat messaġġ lil Mansueto b’isem u ID card ta’ persuna, bl-iskuża li dan il-persuna ma kienx qed jingħata trattament xieraq għax kien weħel mill-eżami darbtejn, u għalhekk talab lil Mansueto biex jassigura li din id-darba jkun ttrattat sew.
Minn naħa tiegħu Borg, qal li hu ma għamel xejn ħażin, għax kien sempliċiment qed jisma dak li nies għandhom xi jgħidu, madanakollu influwenza diretta jew indiretta sabiex persuna tingħata vantaġġ fuq ħaddieħor għanda tal-inqas piena ta’ tliet snin ħabs.
Jesmond Zammit, il-canvaser ta’ Borg ukoll kien għadda lil Mansueto mas-sittin isem, sabiex dawn jgħaddu mil-eżami tas-sewqan. Bosta minn dawn l-ismijiet huma mill-akwati ta Ħaż-Żebbuġ, u lokalitajiet oħra fejn Borg huwa kandidat għall-elezzjoni ġenerali.
Perusna oħra li ta’ spiss kienet f’kuntat ma Mansueto hija Gloriana Micallef Portelli, il-Kap tal-Customer Care tad-dipartiment tal-Ministru Borg. B’messaġġ partikolari jgħid li kandidat li kien riferut lilha mill-uffiċju tal-Prim Ministru, kien weħel l-eżami tliet darbiet.
Waqt li messaġġ ieħor juri kif persuna ta’ 60 sena, li kien verament ħażin fis-sewqan, għadda mil-eżami għax kienet issuġeritu Antonella Micallef Agius, Uffiċjal tal-Ministru Borg. Fost dawk li ssuġerit Agius kien hemm ukoll il-Mara tal-Ministru Cardona, kif ukoll ismijiet ta’ persuni li ingħataw mingħand il-Ministru Grixti, li huwa nvolut ukoll fl-iskandlu tal-Benefiċċji Soċjali, kif ukoll it-tifel ta’ Gavin Gulia.
Uffiċjali mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u mill-Uffiċċju tal-Ministru ta’ Għawdex kienu wkoll fost dawk li għaddew ismijiet lil Mansueto. Messaġġi li akwistaw it-Times of Malta juru li, mijiet ta’ ismijiet ingħataw lil Mansueto biex dawn jgħaddu malajr u bla problemi ta’ xejn il-liċenzja tas-sewqan.
Dawn il-messaġġi juru wkoll kif ħafna drabi waqt l-eżami tal-licenzja tas-sewqan l-eżaminatur tagħhom lanqas biss kien jitħallha jkun preżenti. Ray Mizzi uffiċjal tal-customer care ta’ Kastillja, kif ukoll iċ-Chief of Staff ta’ Clint Camilleri ammetew li minn naħa tagħhom huma għaddew xi ismijiet lil TM sabiex jiżguraw il-voti ta’ dawn il-persuni.
Minkejja li dawn iċ-chats ingħataw lill-Pulizija iktar minn sena ilu… Il-Pulizija għadhom ma resqu lil ħadd b’rabta ma dan ir-racket. Din l-investigazzjoni turi li iktar minn 11-il uffiċjal tal-Gvern u ta’ TM kellhom għarfien dwar din l-iskema, biċ-Chairmen tal-PBS Mark Sammut jgħaddi wkoll numru ta’ ismijiet lil Transport Malta. Fost dawk involuti f’dan l-iskandlu hemm ukoll Rachel Debono, l-assistrenta personali ta’ Robert Abela, li dak iż-żmien kienet l-assistenta personali taċ-Chairmen ta’ Transport Malta. Debono kienet ukoll tagħti listi sħaħ ta’ ismijiet li għandhom ikunu preferuti.
Intant, messaġġi oħra li ntbagħtu lil Mansueto juru li ħaddiema fil-Ministeru tal-Ministru Micheal Falzon ukoll taw ismijiet lil canvaser tal-Partit Laburista Ray Mizzi. Waqt li Donald Gouder, canvaser tal-Ministru Borg, kien għadda ismijiet mingħand il-Ministru Anton Refalo.
In-numru ta’ ismijiet li Mansueto irċieva kien tant kbir li kien ser jispiċċa jkollu l-problemi, hekk kif il-kelma kienet qed tinfirex li hu kien qed jagħmel xi favuri.