Lokali

Il-Ministru Ian Borg jiddefendi lill-customer care u jgħid li huwa kburi

“Ma jien se narmi lil ħadd u nibqa’ magħhom”

Minflok għin biex solva u taffa l-problema ta’ traffiku f’Malta – il-Ministru Ian Borg qed jgħid li huwa ta widen lill-ilmenti tan-nies u ħadem fuqhom…billi għaddihom lill-customer care u l-awtorità kompetenti.

Dan b’reazzjoni għan-numru kbir ta’ kummenti wara li Sunday Times of Malta żvelat numru kbir ta’ chats fejn fost oħrajn l-istess Ian Borg kien jgħaddi messaġġi u ismijiet lid-direttur tal-liċenzji fi ħdan Transport Malta, Clint Mansueto.

Ian Borg għal darb’oħra, bħal ma għamel meta kien intervistat minn Times of Malta, permezz ta’ post fuq Facebook huwa iddefenda l-aġir tiegħu u saħansitra qal li huwa kburi.

Borg insista li l-messaġġi juru biss li huwa jisma’ l-ilmenti tan-nies u jaħdem fuqhom.

Dan filwaqt li faħħar lill-ħaddiema tal-Customer Care, l-istess ħaddiema li sfortunatament minkejja li m’hemm l-ebda dubju li hemm fosthom li jaħdmu bl-interess taċ-ċittadin l-ewwel u qabel kollox – kien hemm ukoll persuni li jinjoraw lil ħaddieħor għax mhux partitarji Laburisti – minflok tara x’għandu bżonn tinsulentah u toffendih.

Ian Borg finalment wassal messaġġ ċar u tond – “ma jien se narmi lil ħadd u nibqa magħhom”