Raġel ta’ 64 sena residenti l-Belt Valletta qed isofri minn ġrieġi gravi wara ħabta li seħħet bejn karozza u mutur fi Triq L-Assedju lKbir, il-Furjana għall-ħabta tal-5:30 pm.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 22 sena residenti Wied il-Għajn, u mutur Junak misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>