Il-Ħadd filgħodu ġiet organizzata t-tielet edizzjoni tat-tour tal-karozzi klassiċi; avveniment ieħor li sar mill-Ufficcju tal-President b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Mijiet ta’ persuni attendew għal din l-attivita’ bil-karozzi antiki tagħhom; ħafna minnhom vetturi ta’ preġju kbir li jmorru lura għas-seklu li għadda.
John Bundy, il-koordinatur ta’ din l-attivita’, spjega kif diversi klabs tal-karozzi ngħaqdu flimkien sabiex jagħmlu dan l-avveniment possibli, fosthom l-Old Motors Club Malta, Malta Motorsport Federation u l-Federazzjoni Maltija ta’ Vetturi Antiki. Hu semma kif il-fondi li nġabru ser imorru b’risq il-Community Chest Fund.


It-tour beda minn Triq il-Mitjar ta’ San Niklaw fis-Siġġiewi fl-10am, u dar madwar diversi zoni ta’ pajjiż – bl-assistenza tal-Pulizija u l-uffiċjali tal-LESA. Il-parteċipanti saqu lejn iż-Żurrieq, Birżebbuġa, Santa Luċija, il-Marsa, il-Mosta u spiċċaw Ta’ Qali.

