Joseph Muscat jappoġġla lil Miriam Dalli.
Il-Ministru Miriam Dalli fil-jiem li ġejjin se ddaħħal il-ħames Chief Operating Officer fl-ARMS b’salarju ta’ €70.000 u dan meta fl-ARMS diġà hemm erba’ Chief Operating Officers. Din id-deċiżjoni qegħda titqies bħala sfida diretta oħra ta’ Miriam Dalli fil-konfront ta’ Robert Abela li ma jaqbilx ma’ tali ħatra.
Imma l-Eks Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli llum hu stat ta’ fatt li m’għadhiex tara għajn m’għajn ma’ Robert Abela li l-popolarità tiegħu qegħda tkompli tnin… bl-istess Miriam Dalli issa hu magħruf ukoll li qegħda tgawdi l-appoġġ tal-Eks Mexxej Laburista Joseph Muscat.
Fuq diversi huma l-ġlidiet f’dan ir-rigward fil-Partit Laburista b’Robert Abela hu konxju mill-fatt li għandu diversi sitwazzjonijiet kontra tiegħu… saħansitra mill-Kabinett tal-Ministri, mill-Grupp Parlamentari Luburista, mit-Tmexxija tal-Partit u anki fost id-Delegati tal-Partit li huma konxji li bit-Tmexxija ta’ Robert Abela l-Partit Laburista riesaq lejn l-ewwel telfa tiegħu fl-elezzjonijiet ta’ Ġunju li ġej wara numru ta’ snin.
Miriam Dalli u ta’ madwarha li ma jappoġġjawx lil Robert Abela, qegħdin iqisu f’waqtu l-proverbju: “Kull deni ħudu b’ġid” għaliex b’dan ix-xenarju Robert Abela jkollu jmur quddiem id-Delegati tal-Partit Laburista biex jitlob vot ta’ fiduċja. U kemm-il darba Miriam Dalli – jew xi ħadd ieħor – tikkontestah, allura l-probabbiltà hi li għall-Elezzjoni Ġenerali l-Partit Laburista jmur b’Mexxej ġdid!
Robert Abela jaf li ta’ Joseph Muscat huma kontra tiegħu bil-kbir, kif inhuma kontra tiegħu bil-kbir ukoll dawk ta’ Chris Fearne, Ian Borg u oħrajn imwarrba fil-Kabinett tal-Ministri u fil-Grupp Parlamentari Laburista.
Għaliex hu stat ta’ fatt li Robert Abela llum hu dgħajjef wisq aktar minn qatt qabel.
Fin-nofs f’dan id-diżgwit kollu jiżfejn il-kandidat Laburista għall-elezzjoni tal-MEPs Steve Ellul li l-vleġeġ fil-konfront tiegħu jidher li ġejjin minn kullimkien. Steve Ellul hu beżgħan li se jkollu jiffaċċja l-mument li jiddeċiedi jekk hux ta’ Robert Abela jew hux ta’ Miriam Dalli!
Steve Ellul hu konxju mill-fatt li attwalment, skont l-aħħar surveys interni fil-Partit Laburista, mhux fost l-ewwel tliet kandidati li jistgħu jagħmluha għall-Parlament Ewropew, u hu konxju wkoll li aktar ma jidher ma’ Robert Abela, aktar se jnaffar il-voti minnu… iżjed u iżjed meta hemm min qiegħed jagħmillu ħsara kbira għaliex Robert Abela tah fuq platt mijiet ta’ miljuni ta’ ewro biex suppost ikunu ġestiti minn Green Project li Steve Ellul hu fit-tmun tagħha.
Il-qasma Robert Abela vs Miriam Dalli kompliet toħroġ aktar fid-deher matul is-sajf li għadda meta Miriam Dalli ma sabitx lil dak li webbilha biex tirritorna Malta pront biex jitfgħalha l-ħabel biex issalva… iżda minflok ipprefera jaraha togħdos ’l isfel biex titlef mill-popolarità tagħha… anzi Robert Abela nsista li xi ħadd mit-tim ta’ Miriam Dalli kellu jerfa’ r-responsabbiltà u jwarrab.
//= $special ?>