Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti sejjaħ l-iskwadra proviżorja ta’ 36 plejer għalll-logħbiet kontra l-Italja u l-Ukrajna fil-fażi tal-kwalifikazzjoni għall-EURO 2024.
It-tim nazzjonali Malti se jkun qiegħed jaffronta lill-Italja fl-14 ta’ Ottubru fi Stadio San Nicola f’Bari, u sussegwentament se jkun qiegħed jaffronta lill-Ukrajna fl-Istadium Nazzjonali fis-17 ta’ Ottubru.
L-iskwadra se tkun qed tilqa’ ir-ritorn ta’ Jan Busuttil u Dunstan Vella ta’ Floriana, kif ukoll lil Luke Tabone li issieħeb ma’ Haverfordwest Count AFC f’Wales.
Ferdinando Apap ukoll irritorna fl-iskwadra wara li kien barra mit-tim f’Settembru li għadda.
L-iskwadra se tkun imnaqqsa għall-26 plejer fiż-żmien li ġej.
It-36 plejer magħżula huma:
Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun Spartans), Rashed Al Tumi (Sliema Wanderers), Matthew Grech (Zabbar St Patrick), Jake Galea (Valletta).
Difensuri: Jake Vassallo (Mosta), Ferdinando Apap (Hibernians), Luke Tabone (Haverfordwest Count AFC), Steve Borg (Ħamrun Spartans), Karl Micallef (Gudja United), Zach Muscat (Farense), Enrico Pepe (Birkirkara), Kurt Shaw (Hibernians), Jean Borg (Sliema Wanderers).
Midfielders : Juan Corbalan (Ħamrun Spartans), Cain Attard (CF Os Belenenses), Ryan Camenzuli (Hamrun Spartans), Adam Magri Overend (Floriana), Steven Pisani (Santa Lucia), Matthew Guillaumier (FKS Stal Mielec Spolka Akcyjna), Nikolai Muscat (Marsaxlokk), Bjorn Kristensen (Hibernians), Brandon Paiber (Valletta), Shaun Dimech (Valletta), Yannick Yankam (Birkirkara), Teddy Teuma (Stade de Reims), Jake Grech (Balzan), Joseph Mbong (Hamrun Spartans), Kurt Zammit (Birkirkara), Jan Busuttil (Floriana) Dunstan Vella (Floriana).
Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians), Jodi Jones (Notts County), Kyrian Nwoko (Floriana), Paul Mbong (Birkirkara), Luke Montebello (Hamrun Spartans), Alexander Satariano (Birkirkara).
//= $special ?>