Mijiet ta’ muturi nġabru dalgħodu fil-Villa Rumana tar-Rabat b’appoġġ għan-Nationwide Pink October Movember Bike Ride ’23.
Għodwa ta’ mużika u informazzjoni biex titqajjem kuxjenza dwar 5 kanċers komuni ħafna fin-nisa u l-irġiel prinċipalment is-sider għaż-żewġ sessi, il-kanċer ċervikali u tal-ovarji fin-nisa u l-kanċer tat-testikoli u tal-prostata fl-irġiel.
Id-DJ Pierre Cordina kien preżenti jdoqq il-mużika li ħeġġet lil dawk preżenti biex jitgħallmu jiċċekkjaw lilhom infushom għal dawn it-tipi ta’ kanċer.
Min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jagħmel dan fuq:
- SMS – 50619238 €11.65
- Telefonati – 51702052 €15 jew 51802053 €25
- MOBILE PAY – 99912373 għal ammonti sa’ €500