L-awtoritajiet f’Murcia qed jinvestigaw traġedja li seħħet f’nightclub tal-belt matul is-sigħat bikrin tal-Ħadd u li fiha mietu talanqas 13 b’kaġun ta’ nirien li ħakmu kważi kull sezzjoni ta’ dan il-kumpless għad-divertiment.
L-iskwadri għall-emerġenzi qed ifittxu għal aktar vittmi potenzjali u meta ma jeskludux li ċ-ċifra tal-vittmi tista’ tkun ogħla.
Il-kaġun tan-nirien fin-nightclub bl-isem Teatre de Atalayas mhux magħruf u bir-rapporti jirreferu anki għal diversi midruba li kellhom jittieħdu l-isptar minħabba d-dħaħen li belgħu,
Fl-aħħar sigħat ukoll, Ricardo Villalba, bħala d-Direttur Ġenerali għas-Sigurtà u Emerġenzi, kien fuq il-post tat-traġedja biex jikkoordina r-reazzjoni tas-servizzi lokali bl-appoġġ tal-Kunsill ta’ Murcia.
Dan meta r-residenti fil-belt ta’ Murcia qed josservaw tlett ijiem ta’ luttu –b’numru ta’ katavri jispiċċaw suġġetti għal proċess ta’ identifikazzjoni.
//= $special ?>