Rugby Sport

Tazza tad-Dinja: L-Awstralja jżommu t-tamiet ta’ kwalifikazzjoni ħajjin b’rebħa fuq il-Portugall

(Ritratt: EPA)

L-Awstralja rnexxielhom iżommu ċ-ċans ta’ kwalifikazzjoni għall-kwarti finali ħaj b’rebħa fuq il-Portugall bl-iskor ta’ 34-14 fl-aħħar partita tagħhom f’Pool C.

B’din ir-rebħa il-Wallabies jinsabu fit-tieni post ta’ Pool C, madankollu Fiji li jinsabu fit-tielet post jeħtieġu biss li jiksbu draw fil-partita tagħhom konra l-Portugall il-ġimgħa li ġejja sabiex jikkwalifikaw huma.

L-Awstralja kienu fil-vantaġġ diġa fl-ewwel taqsima bl-iskor ta’ 24-7, b’ Arnold, Porecki, Bell, McReight u Koroibete kollha jagħmlu t-tries tagħhom u jiikkonfermaw ir-rebħa.

Fil-partita l-oħra, L-Afrika t’Isfel telgħu fl-ewwel post ta’ Pool B b’rebħa fuq Tonga bl-iskor ta’ 49-18 u wieħed jista jgħid li huma sieq ġewwa fil-kwarti finali.

Kienu Tonga li kellhom il-vantaġġ l-ewwel bil-penalty ta’ William Havili, madankollu reazzjoni tajba minn The Springboks u b’Reinach, Moodie u Fourie jagħmlu t-tries tagħhom irnexxielhom jiksbu l-punti meħieġa biex imbagħad ikkonfermaw ir-rebħa fit-tieni taqsima.