€248,182 – din hija s-somma miġbura waqt il-maratona ġbir ta’ fondi bit-tema “Ħajja Aħjar f’Pajjiżna”
Matul il-jum tal-Ħadd, il-poplu Malti u Għawdxi kien imsejjaħ għall-ġenerożità tiegħu matul il-maratona ġbir ta’ fondi li bdiet kmieni l-Ħadd waranofsinar, maratona bit-tema “Ħajja Aħjar f’Pajjiżna” li ngħatat bidu permezz ta’ diskorsi mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino u t-Teżorier, Veronica Perici Calascione.
Bl-għajnuna ta’ kull persuna, il-Partit Nazzjonalista se jkun jista’ jkompli l-ġlieda u l-ħidma tiegħu biex ikun jista’ iwassal il-messaġġ bl-aktar mod effettiv possibbli.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione, il-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali qed jagħtu s-sehem tagħhom f’din il-maratona li qed tixxandar kemm fuq Net Television u anke fuq Net FM.
F’messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tul din il-maratona, huwa rringrazzja lil kull ċittadin tal-għajnuna imprezzabbli tiegħu hekk kif huma s-sinsla għal Ħajja Aħjar f’Pajjiżna.
Bernard Grech fakkar kif Robert Abela kien hemm għal dawk tal-qalba billi abbuża mis-sistema ta’ pajjiżna.
Kien fid-dawl ta’ dan li Bernard Grech wiegħed li se jkun qed jara li pajjiżna jerġa’ lura għal Ħajja Aħjar f’Pajjiżna.

Matul il-maratona twasslu wkoll messaġġi mis-seba’ kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, David Casa, David Agius, Peter Agius, Miriana Testaferrata De Noto, Norma Camilleri, u Louise Anne Pulis.
Illum ukoll miftuħa ‘Rottarti’ sad-9 pm, wirja kollettiva ta’ arti li tiġbor fiha diversi biċċiet artistiċi li jinkludu, pittura, ċeramika, skultura ta’ injam, u fotografija.
