Kenneth Vella
L-istaġun 2023 kompla illum wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa bit-42 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m. Spikkaw l-aktar żewġ tiġrijiet tal-klassi Premier li ntrebħu minn Escoublac u Hunter Montana.
Tnax-il żiemel ipparteċipaw fl-ewwel tiġrija tal-aqwa klassi. Cupidon Du Corbon (Rodney Gatt) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u matul l-ewwel metri rnexxilu jiftaħ vantaġġ żgħir minn Escoublac (Charlton Muscat) u Damour Jiel (Kerstin Galea). Iż-żiemel ta’ Gatt okkupa l-ewwel post tul id-distanza biex qasam il-linja finali l-ewwel minn Damour Jiel (Kerstin Galea). Madankollu aktar tard il-ġurija skwalifikat lill-ewwel żewġ żwiemel biex ir-rebħa ngħatat lil Escoublac. Il-ġdid Franċiż Democrate (Ludvic Ghigo) temm it-tieni minn Dexter Des Baux (Ivan Stivala) u Caballo D’Aure (Frederick Mallia). Għal Escoublac din kienet ir-raba’ rebħa tas-sena.
Attakk mibdi 300 metru mil-linja finali wassal lil Hunter Montana (Tony Demanuele) biex jieħu t-tieni rebħa staġjonali fit-tieni tiġrija tal-ogħla klassi. Dan faċilment b’tul u nofs minn Doudou De Bouere (Jean Claude Pace) u Embleme Castelets (Kirsten Axisa). Ami De Clerlande (Tony Mallia) temm warajhom f’dik l-ordni.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Halina Jibay (C. Vassallo) Ħin – 2.48.4” (1.18.7”) 2. Fleur De Blay (P. Galea) 3. Pure Islet (M. Ellul) 4. Fuego Du Granou (D. Baldacchino)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Inteam Du Gers (K. Saliba) Ħin – 2.41.7” (1.15.6”) 2. Floyd Du Guibel (M. Ellul) 3. Idole De Neret (P. Galea) 4. Evender Maybe (R. Gatt)
III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Emile Du Var (C. Calleja) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Donnezac (R. Cassar) 3. Cash De Beauregard (N. Baldacchino) 4. Come Back (J. Tabone)
IV Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Atoll Du Sud Ouest (R. Gatt) Ħin – 2.45.5” (1.17.3”) 2. Ideal Pierji (J. Gafa’) 3. Gipsy De Granou (S. Vella) 4. Ulk Du Hauty (A. Magro)
V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Comand (R. Gatt) Ħin – 2.40.6” (1.15”) 2. Baladin Du Reynard (M. Ellul) 3. Caid Sly (L. Ghigo) 4. Typhoeus Face (N. Baldacchino)
VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Escoublac (Ch. Muscat) Ħin – 2.42.1” (1.15.8”) 2. Democrate (L. Ghigo) 3. Dexter Des Baux (I. Stivala) 4. Caballo D’Aure (F. Mallia)
VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ezabiau De Goulet (N. Baldacchino) Ħin – 2.43” (1.16.1”) 2. Dede Driver (R. Magro) 3. Hegoa Smart (J. Gafa’) 4. Bottarus (Ch. Camilleri)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Hunter Montana (T. Demanuele) Ħin – 2.41.5” (1.15.5”) 2. Doudou De Bouere (J. C. Pace) 3. Embleme Castelets (K. Axisa) 4. Ami De Clerlande (T. Mallia)
IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Bicetre (C. Calleja) Ħin – 2.41” (1.15.2”) 2. Felicio Du Joamax (J. Zahra) 3. Enclos (R. Gatt) 4. Gordon Quick (M. Desira)
//= $special ?>