Il-Ħadd, 1 ta’Ottubru, il-kumpanija CareMalta Group iċċelebrat il-Jum Internazzjonali ddedikat għall-Anzjani b’purċissjoni li bdiet minn Triq Nicolo Isouard u li baqgħet sejra sal-Bażilika Marija Assunta tal-Mosta. Wara saret quddiesa li ġiet imqaddsa mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi.
Għall-purċissjoni, li kienet akkumpanjata mill-banda Nicolo Isouard, u għall-quddiesa, attendew numru ta’ residenti ta’ CareMalta, kiljenti ta’ HILA, kif ukoll membri mit-tmexxija ta’ CareMalta Group.
L-iskop tal-purċissjoni kien sabiex ikun enfasizzat l-importanza tas-sinifikat li l-anzjani għandhom fis-soċjetà li jiffurmaw parti minnha u tar-rispett u l-imħabba li għandhom dritt igawdu u jirċievu.
Iċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-jum kellu sinifikat ikbar din is-sena għal CareMalta Group, hekk kif il-kumpanija qed timmarka t-30 Anniversarju – 30 sena li matulhom kienet pijuniera fil-qasam tal-kura għall-anzjani. Barra minnhekk l-attività tal-Ħadd enfasizzat ukoll il-valuri li CareMalta Group jemmen fihom u li tattwa ta’ kuljum permezz ta’ servizz ta’ kura li toffri.
Finalment, ringrazzjament imur għall-Kumitat responsabbli mill-Attivitajiet ta’ CareMalta Group li ħa ħsieb din l-attività kif ukoll lill-banda Nicolo Isouard li rnexxielhom joħolqu ċelebrazzjoni memorabbli għall-anzjani.


