Is-sewwieq Malti tad-drifing Andrea Fabri f’dawn il-ġranet kien l-Ingilterra sabiex jikkompeti fis-sitt u l-aħħar rawnd tad-Drift League Great Britain fic-cirkwit 3 sisters f’Wigan.
Andrea Fabri huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa sewwieqa f’din il-kompetizzjoni li għaliha ħadu sehem 34 sewwieq professjonali. L-istess Fabri kkummenta li flimkien ma’ Enemed Supra investew bil-bosta, kemm finanzjarjament kif wkoll fil-preparazzjoni tal-vettura, sabiex tkun kompetittiva.
Dan ix-xoghol sar flimkien mal-bqija tat-tim Eclipse Motorsport. F’xita kontinwa li ddominat l-ewwel provi ta’ kwalifikazzjoni, Andrea Fabri b’74 punt , fi Klassi 1 temm fil-11-il post fost 27 sewwieq.






