Lokali

Il-PN irid diskussjoni urġenti fil-Parlament dwar l-Air Malta

Wara l-aħħar żviluppi b’rabta mal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, il-Partit Nazzjonalista jistenna li fil-Parlament ikun hemm lok għad-diskussjoni serja b’rabta mal-futur ta’ din il-linja. Tajjeb li ssir stqarrija Ministerjali, iżda, il-Gvern għandu jkun trasparenti u jħalli lok għal diskussjoni libera u xierqa b’rabta ma’ dan il-qasam f’pajjiżna.

Il-politika ta’ qerq tal-Partit Laburista hija wkoll riflessjoni fl-aġir tal-Gvern Laburista moħħu biss biex jilgħab il-logħba partiġġjana, b’politika ta’ ħabi, bit-tbatijiet ibatihom il-poplu kollu Malti u Għawdxi.

L-aħħar rivelazzjonijiet b’rabta mal-linja nazzjonali tal-ajru xeħtu inċertezza ġdida fis-settur, u għalhekk li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jitlob li jsir dan il-pass, għall-ħarsien tas-settur turistiku u tal-ħaddiema kollha li jmissu ma’ dan il-qasam, u kif ukoll għar-reputazzjoni għal pajjiżna.