Futbol Sport

Imut l-eks internazzjonali Ingliż Francis Lee

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer ta’ Manchester City u t-tim Nazzjonali Ingliż Francis Lee fl-età ta’ 79 sena.

Francis Lee huwa meqjus bħala leggenda ta’ Manchester City fejn bejn l-1967 u l-1974 lagħab 249 partita u skorja 112 gowl.

Ma’ Manchester City Lee rebaħ il-kampjonat fl-1967-68 u sena wara l-F.A Cup u fl-1969-70 il-League Cup flimkien ma żewġ edizzjonijiet taċ-Charity Shield fl-1968 u fl-1972.

Huwa kien beda l-karriera ma’ Bolton Wanderers fejn bejn l-1959 u l-1967 skorja 92 gowl f’189 partita.

Francis Lee temm il-karriera tiegħu ma’ Derby County fl-1976 b’24 gowl fi 62 partita.

Il-qofol tal-karriera ta’ Lee kien ir-rebħ tat-Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazzi fl-istaġun 1969/700.

Huwa lagħab ukoll mat-tim Nazzjonali Ingliż fejn bejn l-1968 u l-1972 lagħab 27 darba u skorja 24 gowl.