Lokali

Jitnieda l-Pink Oct-Mov ’23

L-ewwel Tnejn ta’ Ottubru ra uħud miż-Zebra Crossings ta’ Malta jinżebgħu roża fi sforz biex titqajjem kuxjenza dwar Pink October-Movember, il-kampanja nazzjonali li tqajjem kuxjenza dwar l-aktar kanċer komuni tan-nisa u l-irġiel.

Zebras Go Pink bdiet dalgħodu b’mixja simbolika madwar iż-zebra crossing roża u bajda miżbugħa friska fi Triq Santa Rita fir-Rabat miċ-Chairperson u Kap tal-Kampanja Michelle Muscat, ir-Rappreżentant ta’ Transport Malta Michael Cohen u s-Sindku tar-Rabat Sandro Craus.

Fi stqarrija, Michelle Muscat tenniet l-importanza ta’ din il-kampanja edukattiva li għandha l-għan li teduka lill-pubbliku dwar il-bżonn li jiċċekkja lilu nnifsu, dwar kif jiċċekkja lilu nnifsu sew, jagħmel l-iscreenings u t-testijiet meħtieġa u jiffaċċja l-biża’ li ħafna drabi ma tħallihx jiġi dijanjostikat fil-ħin.

Il-Pink Oct- Mov ’23 qed jiffoka fuq 3 kanċer tan-nisa tas-sider, tal-ovarji u ċervikali u fuq 2 kanċers komuni tal-irġiel: testikolari u tal-prostata.

Tista’ żżur il-paġna ta’ Facebook jew Instagram ta’ Pink Oct Mov jew is-sit elettroniku https://pinkoctobermovember.mt biex titgħallem aktar dwar l-avvenimenti dan ix-xahar jew tagħti donazzjoni fuq in-numri hawn taħt:

Donazzjonijiet SMS 50619238 għal €11.65
ĊEMPEL Donazzjonijiet 51702052 €15 ​ u 51802053 €25
MOBILE PAY numru 99912373 għal ammonti sa €500