Hekk kif matul il-jum tat-Tnejn Net Television beda bl-iskeda l-ġdida, iżżanżnu l-istudios il-ġodda għad-diversi programmi li jixxandru fuq dan l-istazzjon.
Wara ħidma kontinwa matul ix-xhur tas-Sajf l-istudios ta’ Net Television ingħataw dehra ġdida. U anke l-istudio tal-aħbarijiet ta’ Net News issa għandu dehra aktar friska.
F’din l-iskeda l-ġdida se jkun hemm drama kull filgħaxija – it-Tnejn ikun hemm id-dramma l-ġdida ‘Dell Minsi’ filwaqt li l-Erbgħa se jkun hemm dramm ġdid bl-isem Erbgħa għal Erbgħa. Il-Ħamis filgħaxija jirritorna staġun ieħor tad-dramma bl-isem ‘Żerniq’ filwaqt li s-Sibt filgħaxija se jkun hemm id-dramma Għeruq.
Ma jonqsux ukoll il-programmi ta’ diskussjoni fosthom il-programm popolar NET Live li jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa; il-programm Opinjoni li jixxandar il-Ġimgħa filgħaxija kif ukoll Magħkom li jixxandar it-Tlieta filgħaxija.
Apparti dawk hemm ukoll ħafna programmi b’temi varji u b’mistiedna differenti – fosthom Bejnietna, Ġimgħa b’Ġimgħa, Tlaqna, Lejliet il-Festa, Flusek u Meander Arti u Kultura.
Intant, il-jum tat-Tnejn ta bidu wkoll għall-iskeda l-ġdida ta’ Net FM – b’taħlita ta’ mużika, diskussjoni u divertiment għal kulħadd.
//= $special ?>