Futbol Sport

Marsaxlokk jikkonfermaw bidu mill-aqwa b’rebħa fuq Sliema Wanderers

(Ritratt: Catriel Farrugia)

SLIEMA W………….0

MARSAXLOKK…..1

Marsaxlokk kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva, u t-tielet waħda minn erba’ logħbiet hekk kif fit-Tony Bezzina Stadium huma għelbu lil SLiema Wanderers 1-0. Dan ifisser li t-tim immexxi minn Winston Muscat jibqa’ bla ma jitlef u issa jinsab fit-tielet post b’10 punti, 2 taħt il-leaders Ħamrun u Floriana.

Iż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu b’għaxra meta fis-66 minuta tkeċċa l-plejer ta’ Marsaxlokk Anthony Obonogwu filwaqt li 10 minuti wara tkeċċa għal Sliema Neil Frendo.

Il-gowl li ta tliet punti lix-Xlukkajri wasal fit-83 minuta minn Jacob Walker.

Referee: Philip Farrugia

Vito Plut ta’ Sliema jiddefendi l-ballun minn Gary Camilleri ta’ Marsaxlokk (Ritratt: Catriel Farrugia)