Mill-anqas 10 persuni nqatlu, fosthom żewġt itfal, wara li waqa’ saqaf ta’ knisja fit-Tramuntana tal-Messiku
49 persuna ttieħdu l-isptar wara l-kollass fil-knisja ta’ Santa Cruz fil-belt kostali ta’ Ciudad Madero.
L-inċident seħħ il-Ħadd wara nofsinhar meta madwar 100 persuna kienu qed jattendu l-quddiesa dak il-ħin. Xi rapporti qalu li kienet qed issir ċerimonja tal-magħmudija hemmhekk.
Għexieren ta’ nies baqgħu maqbuda ġewwa l-knisja wara l-inċident. Immaġini fuq il-midja soċjali wrew il-fdalijiet mill-bini tal-knisja, waqt li n-nies iffullaw madwar it-terrapien, iddisprati jfittxu lil dawk li kienu neqsin.
Aktar tard is-servizzi tal-emerġenza kienu fuq il-post u ħaddiema ta’ salvataġġ qed jitolbu silenzju minn dawk li nġabru fuq il-post biex jisimgħu jekk xi ħadd maqbud ġewwa kienx qed isejjaħ għall-għajnuna.
//= $special ?>