Futbol Sport

Rebħiet għal Fiorentina u Monza

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Aretmio Franchi, rebħa ta’ 3-0 għal Fiorentina fuq Cagliari. Huma fetħu l-iskor fit-tielet minuta meta Lucas Beltran żmarka lil Nicolas Gonzalez fil-kaxxa li minn pożizzjoni faċli xeħet fix-xibka. It-tieni gowl għal Fiorentina wasal fil-21 minuta meta din id-darba kien id-difensur ta’ Cagliari Alberto Dossena li xeħet fil-lasta tiegħu stess. It-tielet gowl wasal fl-94 minuta permezz ta’ M’Bala Nzola.


Fi Stadio Mapei telfa sorprendenti għal Sassuolo hekk kif kienu megħluba minn Monza bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl deċiżiv wasal fis-66 minuta meta Luca Caldirola għadda lejn Lorenzo Colombo b’dan tal-aħħar jitfa’ fix-xibka għal 1-0, bil-gowl ikun ikkonvalidat wara konsultazzjoni mal-VAR.

SERIE A

Illum: Sassuolo v Monza 0-1, Torino v Verona 0-0, Fiorentina v Cagliari 3-0