Futbol Sport

Tasal it-tieni rebħa ta’ Chelsea wara serje ta’ riżultati negattivi

(Ritratt: EPA)

Fi Craven Cottage waslet it-tieni rebħa ta’ Chelsea dan l-istaġun fil-Premier League wara serje ta’ riżultati negattivi, hekk kif għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 2-0. Chelsea fetħu l-iskor fit-18-il minuta meta Levi Colwill żmarka lil Mikhailo Mudryk b’ballun fit-tul, bl-Ukren jitfa’ wara Bernd Leno għall-ewwel gowl tiegħu minn meta ngħaqad mal-club ta’ Londra. It-tim immexxi minn Mauricio Pochettino rdoppja 20 sekonda wara meta minn żball difensiv ta’ Tim Ream, kien Armando Broja li approfitta u xeħet fix-xibka, biex immarka ir-ritorn tiegħu wara injury ta’ 10 xhur, b’gowl importanti.

Premier League

Illum: Fulham v Chelsea 2-0
Għada: Luton Town v Burnley 8.30pm