Futbol Sport

Tiġi fi tmiemha l-avventura ta’ Thane Micallef ma’ Valletta

(Ritratt: Joseph Galea)

Ġiet fi tmiemha l-esperjenza tal-kowċ Thane Micallef fit-tmexxija ta’ Valletta FC, kariga li kien ilu jokkupa sa mill-bidu tal-istaġun li għadda.

Attwalment, Valletta jinsabu f’nofs il-klassifika tal-Kampjonat Premier b’ħames punti minn 4 logħbiet, hekk kif il-klabb kiseb rebħa, 2 draws u telfa.

Il-klabb ħabbar li sakemm jinstab kowċ ġdid, l-assistent kowċ Juan Cruz Gill se jmexxi s-sessjonijiet tat-taħriġ tal-iskwadra ewlenija tal-klabb.

📷 Joseph Galea