L-eks internazzjonali Taljan u rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2006 Mauro German Camoranesi kellu debutt mill-aqwa ma’ Luxol St Andrew’s hekk kif ispira lit-tim tiegħu għal rebħa kbira ta’ 6-1 kontra Żejtun Red Stars fl-ewwel ġurnata tal-Veterans Malta Football Association Hyundai Premier League.
Camoranesi skorja gowl u pprovda diversi assists lejn sħabu b’Michael Galea u Michael Borg Olivier li skorjaw żewg gowls kull wieħed b’Luke Satariano jiskorja s-sitt gowl għal Luxol. Żejtun kellhom lill-akkwist il-ġdid tagħhom Luciano Zauri, kowċ ta’ Hamrun Spartans li skorja l-uniku gowl taż-Żwieten.
Iċ-champions MFPA fetħu l-impenji tagħhom bl-aħjar mod possibbli meta għelbu lil Żurrieq Wolves 3-1.
L-isfidanti għall-kampjonat Gżira United Veterans għelbu lid-debuttanti Hibernians 5-3.
Birkirkara Saint Helen’s kisbu rebħa kbira ta’ 7-2 kontra Rabat.
//= $special ?>