Futbol Sport

Arsenal u Man Utd megħluba

(Ritratt: EPA)

Arsenal sofrew l-ewwel telfa dan l-istaġun meta fi Franza kontra Lens kienu megħluba 2-1. Kienu l-Gunners li marru fil-vantaġġ wara kwarta logħob permezz ta’ Gabriel Jesus. Adrien Thomasson ġab l-iskor indaqs fil-25 minuta biex mbagħad kien Elye Wahi li skorja l-gowl tar-rebħa fis-70 minuta.

Manchester United ukoll kienu megħlbu f’darhom 3-2 minn Galatasaray. Rasmus Hojlund poġġa lil Manchester United fil-vantaġġ bl-eks Wilfried Zaha iġib l-iskor indaqs. Hojlund reġa poġġa lil United fil-vantaġġ fis-67 minuta. Kerem Akturkoglu ġab l-iskor indaqs għal darb’oħra fil-71 minuta. Man Utd sfaw jilagħbu bi player indaqs wara li Casemiro waqqa lil Dries Mertens fil-kaxxa. Mill-11-il metru Mauro Icardi xeħet barra. L-istess Icardi iżda skorja l-gowl tar-rebħa fil-81 minuta.

Fi Stadio Diego Maradona, Rela Madrid kisbu rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Napoli. Leo Ostigard poġġa lil Napoli fil-vantaġġ wara 19-il minuta. Gowls ta’ Vinicius u Jude Bellingham dawru r-riżultat parzjalment favur Real Madrid. Piotr Zielinski ġab id-draw għal Napoli permezz ta’ penalty iżda fit-78 minuta awto-gowl sfortunat ta’ Alex Meret ta rebħa lil Real Madrid.

Inter kisbu rebħa minima ta’ 1-0 kontra Benfica bil-gowl waħdini jasal fit-62 minuta permezz ta’ Marcus Thuram

Bayern Munich ukoll kellhom rebħa diffiċli ta’ 2-1 barra minn darhom għand Copenhagen. Lukas Lerager poġġa lid-Daniżi fil-vantaġġ. Żewġ gowls f’żewġ minuti minn Jamal Musiala u Mathy Tel dawru r-riżultat favur Bayern.