Lokali

“Għat-tixħim ta’ Robert Abela, tħallas int” – PN

"Minħabba fihom, aktar ibati l-poplu"

L-aħħar rivelazzjonijiet b’rabta mal-iskandlu tal-liċenzji tas-sewqan ikomplu jitfgħu dawl fuq kif kull skandlu ta’ frodi u korruzzjoni qed ibatih il-poplu kollu.

Dan ħareġ minn stqarrija miktuba mill-Kelliem għat-Trasport, Mobilità u l-Proġetti Kapitali, Adrian Delia f’isem il-Partit Nazzjonalista fejn tkompli li l-istqarrijiet li ħarġu llum, li jiddeskrivu kliem Robert Abela bħala stedina għal anarkija, huma inkwetanti ferm. Il-Partit Nazzjonalisa qed jesiġi li Robert Abela, minnufih, għandu jitlob skuża u jara kif se jsolvi din il-kriżi li ħolqu hu u ta’ madwaru.

Huwa impossibbli li tiġġustifika korrispondenza ta’ messaġġi li esponew prattiċi korrotti sfaċċati. Dan l-iskandlu qiegħed iwassal għal dubji serji dwar kemm huma siguri t-toroq Maltin u Għawdxin b’sewwieqa li ġabu l-liċenzja tas-sewqan bi pjaċir, b’periklu għalihom u għall-kumplament tal-poplu.

Dan kollu wkoll jirriżulta wkoll li se jiżdied ir-riskju lejn il-poplu, u l-kumpaniji tal-polza ta’ assigurazzjoni se jkollhom aktar spejjeż.

Il-Partit Nazzjonalista jesiġi li tittieħed azzjoni minnufih sabiex jitħares l-interess tal-poplu kollu.