Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-Università ta’ Malta waqt il-Freshers’ Week

L-istudenti kollha għandhom jemmnu fihom infushom u fil-kapaċitajiet tagħhom ħalli jirnexxu.

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, waqt iż-żjara li għamel fl-Univesità ta’ Malta, it-Tlieta wara nofsinhar. Hu kien akkumpanjat mid-deputati Justin Schembri u Bernice Bonello, kif ukoll il-kandidati tal-PN għall-elezzjonijiet Ewropej Miriana Calleja Testaferrata de Noto u Peter Agius.

Meta tkellem ma’ dawk li kienu fuq il-kampus, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-istudenti kollha għandhom jemmnu fihom nfushom, għax huma kapaċi jaslu fejn iridu u bil-ħiliet tagħhom kapaċi jirnexxu. Waqt li żied li l-ebda student m’għandu jittallab biex jasal fejn irid.

Bernard Grech tkellem ma studenti minn bosta fakultajiet fl-Univesità – bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista jesprimi x-xewqa tiegħu li din il-laqgha ma tkunx biss laqgħa li fiha hu jitkellem mal-istudenti imma fuq kollox li jisma’ l-ideat tagħhom.

Hu fisser kif ħafna żgħażagħ jinsabu diżapuntati mill-ippjananar ta’ dan il-Gvern, kemm fejn jidħol is-settur tal-edukazzjoni kif ukoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-bini eżaġerat.

Minn naħa tiegħu id-deputat Justin Schembri, qal li dawn il-laqgħat ma għandhomx ikunu aveniment ta’ darba, imma laqgħat li jsiru b’mod regolari, biex b’hekk il-Partit Nazzjoanlista jibqa’ dejjem viċin l-istudenti u ż-żgħażagħ.

Justin Schembri fakkar li l-Partit Nazzjonalista dejjem kien il-partit li emmen fl-istudenti, u poġġa l-edukazzjoni fil-quċċata tal-prijoritajiet tiegħu.