Waqt it-tnedija tal-20 edizzjoni tal-Piggy Bank Campaign il-President ta’ Malta George Vella fakkar lill-prinċipali tal-kulleġġi u lill-kapijiet tal-iskejjel fir-responsabbiltà kbira li għandhom biex jiffurmaw l-irġiel u n-nisa ta’ għada …. bit-trawwim fost l-oħrajn tal-valuri tas-solidarjetà u r-rispett lejn xulxin. Dan għaliex sfortunatament qed naraw ħafna diviżjoni, u fi kliem il-President… jekk nibqgħu sejrin hekk, għada pitgħada jaf ikolna konsegwenzi koroh.
F’isem dawk kollha li jirċievu l-għajnuna mill-Community Chest Fund, il-President Vella esprima l-apprezzament tiegħu lill-Bank of Valletta u l-edukaturi fl-iskejjel kollha għall-appoġġ konsistenti, speċjalment biex iħeġġu lill-istudenti jwarrbu xi ħaġa fil-karus għal min ikun għaddej minn xi diffikultà.
Hu fakkar ukoll li hemm bżonn li ikun hawn aktar sens ta’ solidarjeta u mhux ta karita’.
Waqt it-tnedija fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni Matthew Vella, u l-Kelliem tal-PN għall-Edukazzjoni, Justin Schembri, ħeġġew lill-istudenti biex ikunu ġenerużi u jagħrfu li qed jagħmlu ġest altruwistiku kbir li jgħin lil min għaddej minn xi diffikultajiet.
Intant….fil-ġimgħat li ġejjin mart il-President, Miriam Vella, li kienet preżenti għat-tnedija, mistennija żżur xi skejjel u personalment tħeġġeġ lit-tfal biex ikunu parti minn din il-kampanja.
//= $special ?>