“Fallejtuha. Imisskom tistħu. Qtiltu l-kumpanija li ħoloq Mintoff”.
Hija din ir-reazzjoni ta’ mijiet ta’ persuni li kkummentaw taħt l-istorja ppubblikata mill-PBS, fejn in-nies kellhom kummenti iebsin ferm għal dawn l-aħħar żviluppi marbuta mal-falliment tal-Air Malta.
“Immaġinaw kieku din seħħet taħt in-Nazzjonalisti”, jaqra wieħed mill-kummenti. Filwaqt li persuna oħra stqarret li jekk l-eks Prim Ministru Mintoff għadu fosthom “jaħraqhom ħajjin”.
Kumment ieħor tefa’ dawl fuq il-fatt li għad hemm ħafna dubji dwar kif se jsiru l-affarijiet, filwaqt li kien hemm minn stqarr li l-ħaddiema tal-Air Malta tħallew fil-għama. Dan meta sal-2019, il-Gvern tal-Labour kien qed jgħid lin-nies li l-linja nazzjonali għamlet profitt.
Intant, illejla jkompli d-dibattitu fil-Parlament li sejjaħ il-Partit Nazzjonalista, bid-diskors tal-għeluq isir mill-Kap tal-PN Bernard Grech. Dan mistenni jixxandar b’mod dirett waqt il-programm NETLIVE tal-lejla, li ukoll se jkun qed jiffoka fuq l-aħħar żviluppi fl-Air Malta.
//= $special ?>