L-awtoritajiet Russi fir-reġjun ta’ Bryansk qed jakkużaw lill-Ukreni dwar l-użu ta’ arma projbita mil-liġi internazzjonali u meta fil-mira, allegatament, kien hemm id-djar tar-residenti ċivili fil- villaġġ ta’ Klimovo viċin il-fruntiera tal-Ukrajna.
L-arma inkwistjoni kienet cluster bomb, bit-tagħmir splussiv li kapaċi jferrex numru ta’ splużjonijiet iżgħar ta’ munizzjon fuq medda ta’ territorju ekwivalenti għal ‘diversi grawnds tal-futbol’.. Ħafna mill-munizzjon imxerred mill-cluster bomb kapaċi jibqa’ attiv mingħajr ma jisplodu – l-istess bħal-land mines – u fost il-possibbiltà kbira li joqtlu liċ-ċivili anki sa snin wara t-tmiem ta’ xi konflitt.
Intant, ‘il fuq minn 120 pajjiż kienu ffirmaw trattat li ma jippermettix l-użu ta’ dawn l-armi – u fost id-dokumentazzjoni ta’ każi fejn ir-Russja użat il-cluster bombs b’mod estensiv waqt il-gwerra fl-Ukrajna.
Il-Gvern Ukren ma kkummentax dwar l-akkuża tar-Russi li ma kenitx verifikata bil-provi viżwali konkreti. Iżda hu minnu kwoll li l-Istati Uniti, f’Lulju, kienet ipprovdiet lill-Ukrajna bil-cluster bombs u bħala pass li diversi politiċi u kelliema għall-gruppi tal-lemin irreferew għalih bħala ‘żball enormi’.
//= $special ?>