Lokali

“Irridu li l-PBS jerġa’ jsir verament ix-Xandir Pubbliku minflok isir bullying fuq min ma jaqbilx magħhom” – PN

“Robert Abela u t-tmexxija tal-PBS għandhom xi jwieġbu wara li jridu jarrestaw lil min jaqbilx mal-mod kif il-PBS spiċċa Super One 2 b’messaġġi li jaġevolaw biss lill-Gvern. Iċ-ċensura ma kinitx biżżejjed.”

Kien dan li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech permezz ta’ post fuq Facebook wara li ħareġ kif il-President tal-għaqda mhux governattiva, Repubblika ssejjaħ mill-Pulizija fl-għassa tal-Ħamrun hekk kif ftit tal-jiem ilu l-istess Repubblika wettqet azzjoni ta’ protesta fid-daħla tal-PBS.

Bernard Grech qal kif din l-arroganza tkompli ssaħħaħ il-messaġġ lil kull min irid il-bidla f’pajjiżna, b’dan il-bullying mhux aċċettabbli u hemm bżonn l-PBS jerġa’ jsir verament ix-Xandir Pubbliku.

Il-Kap tal-PN saħaq li dan hu sinjal ċar li Robert Abela jinsab f’paniku, mhux komdu meta wieħed jitkellem.

Kien fid-dawl ta’ dan kollu li Bernard Grech qal li aħjar il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà jarresta lil dawk li xxaħmu u xaħmu, milli jipprova jpoġġi sarima ma’ min jitkellem kontra Robert Abela.

Dettalji dwar dak li seħħ iktar kmieni llum f’din il-link t’hawn taħt.

https://netnews.com.mt/2023/10/03/wara-li-protesta-kontra-l-izbilanc-u-l-propaganda-tal-pbs-spiccaw-sejhulu-l-pulizija/