Lokali

KONFERMA: Clyde Caruana ma jiċħadx li l-Gvern Laburista gideb rigward il-profitti tal-Air Malta

Huwa ċar li fl-2019 il-Gvern gideb dwar il-profitt tal-Air Malta

Issa hija kkonfermata. Il-Gvern Laburista għadda biż- żmien lill-poplu Malti u Għawdxi – u l-Gvern Laburista gideb.

F’Marzu tal-2019 b’ħafna pompi – li Gvern tal-Labour huwa magħruf għalihom – ħabbar li l-linja nazzjonali tal-ajru  Air Malta kienet għamlet operational profit ta’ €1.2 miljun  – profitt wara 20 sena – profitt li l-Ministru Laburista ta’ dak iż-żmien kien saħansitra wasal jgħid li kien se jfisser li l-ajruplani tal-Air Malta itiru lejn Mumbai, New York u Ġerusalemm.

4 snin wara, Gvern Laburista ħabbar li rnexxielu jfalli lill-Air Malta; li se jagħlaq il-kumpanija.

Mistoqsi mill-ġurnalisti matul il-jum tat-Tnejn, Robert Abela saħaq li mhux veru li lura fl-2019 l-Air Malta għamlet operational profit iżda kien profitt li wasal minħabba li biegħu xi assi, magħrufa aħjar fid-dinja tal-arjonawtika bħala slots.

Madanakollu, l-istqarrija tal-2019 kienet tgħid iswed fuq l-abjad li dan kien operational profitt.

Għaldaqstant, l-għada, Net News staqsa lill-Ministru Clyde Caruana min qiegħed jgħid il-verità…bil-Ministru stqarr li ċ-ċifri huma ċari; li l-islides preżentati minnu kienu ċari.

Għaldaqstant din mhi xejn ħlief konferma li l-Gvern tal-Labour gideb bl-aktar mod sfaċċat lil familji Maltin u Għawdxin – u xhur qabel l-elezzjonijiet tal-parlament ewropew inganna biċ-ċittadini, għad-detriment ta’ flus il-poplu.