Ix-xjenzati Pierre Agostini, Ferenc Krausz u Anne L’Huillier huma r-rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Fiżika grazzi għall-esperimenti li ‘jaqbdu l-iqsar ħinijiet tad-dawl’ – b’dan ix-xogħol jiftaħ possibbiltajiet ġodda għar-riċerka dwar il-partiċelli subatomiċi magħrufin bħala electrons.
L-esperimenti, fil-fatt, introduċew mezz ġdid biex wieħed joħloq spunti tad-dawl għal anqas minn sekonda u li jistgħu jintużaw għall-istudju tal-proċessi ta’ atomu uniku.
It-tliet xjenzati, intant, qegħdin jaqsmu l-premju ekwivalenti għal kważi 900,000 ewro, bir- Royal Swedish Academy of Sciences isostni li l-esperimenti tad-dawl inkwistjoni jistgħu jkunu kalkulati anki fuq livell ta’ ‘attoseconds’ – jiġifieri sempliċi frazzjonijiet ta’ sekonda.
//= $special ?>