Illum mistennija ssir protesta biex isir tibdil fir-regolamenti għall-operaturi ta’ vetturi liċenzjati bil-Y plates, bl-assoċjazzjoni Light Passenger Operators Association (LPOA) tgħid li la se tattendi u wisq inqas se tagħti s-sapport tagħha għal din il-protesta.
L-assoċjazzjoni, permezz ta’ stqarrija, ħeġġet lill-membri tagħha biex ma jattendux filwaqt li qalet li se tkun qed taħdem favur diskussjonijiet favur il-progress li sar fix-xhur preċedenti.
Huma qalu li din il-protesta ma tkun qed tagħmel xejn għajr li toħloq iżjed problemi u tensjoni mingħajjr bżonn u ħtieġa.
//= $special ?>