Il-ħtieġa ta’ bidla fil-mudell ekonomiku, ix-xogħol u dak kollu li hemm bżonn li jiġi indirizzat fil-budget għall-2024.
Huwa dan li ġie diskuss mal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin fejn flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, akkumpanjat mid-Deputati Nazzjonalisti Jerome Caruana Cilia, Ivan J. Bartolo u Ivan Castillo.
Mistoqsi minn Net News, Bernard Grech insista dwar l-importanza tad-diskussjoni u li kien hemm diversi konvergenzi bejniethom.
Huwa stqarr li huwa ta’ importanza ewlenija li d-djalogu jibqa wieħed kontinwu u li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jressaq il-proposti tiegħu, fih jisima’ wkoll lil entitajiet oħrajn partikolarment dwar il-ħtieġa li l-mudell ekonomiku jinbidel biex jindirizza l-isfidi li qed iħabbat wiċċu miegħu l-poplu.
Intant mistoqsi minn Net News il-President tas-CMTU, Martin Balzan saħaq li l-Konfederazzjoni qed titlob li t-taxxi l-poplu jħallas għandhom jissarfu f’ġid għal familji Maltin u Għawdxin.
Dan filwaqt li insista li l-Awtoritajiet iridu jindirizzaw il-problema taż-żieda qawwija fil-popolazzjoni li qed tissarraf f’piż enormi mhux biss fuq is-settur tas-saħħa iżda anke fuq il-provvista tal-elettriku fost oħrajn .
Jakkumpanjaw lill-President tas-CMTU kien hemm ukoll il-Viċi President tas-CMTU Mary Ann Sant Fournier flimkien ma’ William Portelli.
//= $special ?>