‘Wara l-ewwel gowl ħadna l-kontroll tal-logħba’
- Matias Garcia, Floriana FC
‘Għamilna logħba kbira kontra tim ieħor li huwa meqjus fost l-aħjar li hawn f’dan il-pajjiż’. Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-player ta’ Floriana Matias Garcia wara r-rebħa konvinċenti li l-Greens kisbu kontra Balzan bl-iskor ta’ 3-0. Huwa kompla hekk. ‘ Fl-ewwel taqsima bdejna nsibuha diffiċli sabiex ninfdu lil Balzan iżda fit-tieni ħamsa u erbgħin minuta bdilna xi ftit is-sistema u wara li skurjajna l-ewwel gowl ħadna l-kontroll tal-logħba f’idejna biex ksibna r-raba’ rebħa minn daqstant logħbiet.’
‘Inkomplu nibnu fuq dak li bdejna’
- Juan Corbalan, Ħamrun Spartans FC
‘Ninsab kuntent li erġajt irritornajt fil-pitch u aktar minn hekk li sibt ix-xibka.’ Hekk ikkummenta l-player ta’ Ħamrun Juan Corbalan hekk kif huma wkoll kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 biex baqgħu flimkien ma’ Floriana jżommu l-kmand tal-klassifika. Corbalan kompla jżid. ‘ L-aħħar darba li skurjajt kien l-istaġun li għadda kontra Pieta. Din il-logħba kienet waħda bbażata fuq is-saħħa u xi minn daqqiet ftit goffa, iżda konna dominanti fejn kellna l-pussess għal ħinijiet twal. Issa hemm l-brejk internazzjonali u rridu nibqgħu naħdmu biex inkomplu nibnu fuq dak li bdejna.’
KLASSIFIKA | L | P |
Ħamrun Spartans | 4 | 12 |
Floriana | 4 | 12 |
Marsaxlokk | 4 | 10 |
Birkirkara | 4 | 7 |
Hibernians | 4 | 6 |
Sliema Wanderers | 4 | 6 |
Balzan | 4 | 6 |
Valletta | 4 | 5 |
Gżira United | 4 | 4 |
Naxxar Lions | 4 | 4 |
Mosta | 4 | 3 |
Gudja United | 4 | 2 |
Sirens | 4 | 1 |
Santa Lucia | 4 | 0 |
L-Aqwa Skorers | GLS |
Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 5 |
Kema Reid (Floriana) | 4 |
Yuri Messias (Marsaxlokk) | 4 |
Ulises Arias (Floriana) | 3 |
Vito Put (Sliema Wanderers) | 3 |
Pablo Servo de Carvalho (Naxxar Lions) | 3 |
Jurgen Degabriele (Hibernians) | 3 |
Uros Djuranovic (Ħamrun Spartans) | 3 |
Giannis Bastianos (Hibernians) | 3 |

LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 21 ta’ Ottubru, 2023
Stadium Nazzjonali
3.00pm Birkirkara – Mosta
5.15pm Ħamrun S. – Sliema W.
Tony Bezzina Stadium
3.00pm Floriana – Naxxar L.
5.00pm Santa Lucia – Gudja Utd.
Il-Ħadd 24 ta’ Settembru, 2023
Centenary Stadium
11.00am M’Xlokk – Valletta
Tony Bezzina Stadium
3.00pm Hibernians – Balzan
5.00pm Gżira Utd. – Sirens
//= $special ?>