Fir-Renju Unit, għall-ewwel darba f’sentejn, kien irrappurtat tnaqqis fil-prezzijiet tal-ikel. Dan skont analiżi li saret mill-grupp British Retail Consortium.
L-indiċi ippubblikat minn dan il-grupp jindika li l-inflazzjoni f’Settembru fuq il-prodotti tal-ikel kienet ferm inqas minn Awwissu – ċifri illi juru tnaqqis fir-rata tal-għoli tal-ħajja, u li hija riżultat tal-kompetizzjoni li qed ikun hemm fost il-ħwienet u s-supermarkets biex jippreżentaw l-aqwa offerti għall-konsumaturi.
Il-British Retail Consortium qed ibassar li l-prezzijiet, fix-xhur li ġejjin, se jkomplu jorħsu.
//= $special ?>