In-numru ta’ djar li għandhom abbonament għal linja fissa tat-telefown naqsu b’19 fil-mija fl-aħħar tliet snin. Fil-fatt, mill-2019, l-abbonati niżlu għal 80 fil-mija; li jfisser li issa, 8 minn kull 10 familji Maltin għandhom linja fissa tat-telefown.
Dan kien konfermat minn ċifri li ġew ippubblikati llum mill-Awtorità tal-Komunikazzjoni (MCA).
46 fil-mija ta’ dawk illi wieġbu għall-istħarriġ tal-MCA qalu li għandhom linja tat-telefown għaliex dan is-servizz huwa parti mill-pakkett offrut lilhom. Tant hu hekk li sitta minn kull għaxra ma kellhomx għarfien dwar kemm jiswihom l-abbonament għal linja fissa tat-telefown.
//= $special ?>