Żewġ Isqfijiet Maltin, l-Arċisqof Emeritu ta’ Malta Pawlu Cremona OP u l-Arċisqof Emeritu ta’ Tirana u Durrës fl-Albanija Ġorġ Frendo OP, nhar is-Sibt li għadda fakkru flimkien is-60 anniversarju tal-professjoni reliġjuża tagħhom fil-Provinċja Dumnikana b’quddiesa ta’ radd il-ħajr fil-Knisja ta’ San Duminku (Madonna tal-Għar), ir-Rabat.
Għal din il-quddiesa, li għaliha kien mistieden jattendi kulħadd, kienu preżenti, fost oħrajn, il-President ta’ Malta George Vella u l-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea Curmi.
//= $special ?>