Il-Fondazzjoni Richmond qed tistieden diversi gruppi u individwi minn kull qasam tal-ħajja u tħeġġiġhom joħolqu attivitajiet impenjattivi b’differenza, fuq it-tema tan-numru “10” – dan bħala ċelebrazzjoni biex jitfakkar il-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali fl-10 ta’ Ottubru li ġej.
Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu sessjoni ta’ 10 minuti gym, meditazzjoni gwidata jew eżerċizzji ta’ nifs fil-fond, 10km ta’ ċikliżmu jew li jingħaqdu għaxart iħbieb jew kollegi għal mixja qasira ta’ 10 minuti. Fi kliem semplici, il-parteċipanti huma mħeġġa jorganizzaw avvenimenti sempliċi iżda divertenti, kollha b’konnessjoni man-numru 10.
Il-Fondazzjoni Richmond qed tħeġġeġ aktar lill-kontributuri sabiex jagħtu donazzjonijiet biex jappoġġjaw l-inizjattivi tagħhom dwar is-saħħa mentali, u jgħinuhom irawwmu għarfien dwar il-benessri mentali.
Dan il-metodu – kif fissret ir-Richmond – għandu l-għan li jinkludi lill-komunità kollha b’mod kreattiv …. filwaqt li jippromwovi kawża mill-aktar importanti. Id-donazzjonijiet se jgħinu lill-Fondazzjoni Richmond biex tkompli tipprovdi terapija b’xejn lil dawk li għandhom bżonn, iżda ma jistgħux iħallsu għaliha.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit tal-Fondazzjoni Richmond.
//= $special ?>