Sport Sport Ieħor

Blackball: Punti massimi għal seba’ plejers fil-fażi tal-gruppi taċ-Champion ta’ Malta

It-tielet fażi tal-gruppi taċ-Champion ta’ Malta tal-Blackball tintlagħab illum b’16-il partita oħra.

Total ta’ 40 plejer qed jieħdu sehem fil-kompetizzjoni li huma maqsuma f’ 8 gruppi seperati.

Leon Azzopardi, Johan Attard, Wayne Pace, Chris Galea, Miguel Mizzi, Ryan Pisani u Dejan Grech jinsabu fil-quċċata tal-klassifika wara l-ewwel żewġ rounds hekk kif kisbu punti massimi mill-partiti tagħhom.

Sadanittant iċ-champion renjanti Clayton Castaldi ,wara rebħa fl-ewwel round ta’ 6-0 kontra Philip Coleiro, safa’ megħluba minn Kevin Schembri bl-iskor 6-5, biex b’hekk is-sitwazzjoni fi grupp Ċ tidher waħda bilanċjata, b’erba’ plejers jiksbu tliet punti fl-ewwel żewġ rounds.

Il-fażi tal-gruppi tintemm fil-11 t’Ottubru li ġej sabiex eventwalment l-ewwel żewġ plejers minn kull grupp jgħaddu għall-fażi tal-aħħar sittax.

Il-finali taċ-Champion ta’ Malta hi skedata għal nhar l-Erbgħa 18 t’Ottubru bil-logħob kollu li qed jintlagħab fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara.