Lokali

Il-Ministri u d-Deputati Laburisti jibqgħu jinjoraw is-sejħa tal-MEA

Il-Ministri u d-Deputati tal-Gvern qed jibqgħu jinjoraw is-sejħa tal-MEA għal apoloġija wara li feġġ l-aħħar skandlu tat-testijiet tal-liċenzja tas-sewqan… skandlu li qed jiġbed il-kundanna ta’ bosta.

U bħala għamel il-Mexxej tagħhom, id-Deputati Laburisti u l-Ministru fl-ebda ħin m’għamlu apoloġija għal dak li seħħ fl-aħħar snin – inkluż l-aġir ta’ bosta persuni li jaħdmu f’Ministeri varji u fil-customer care ta’ Kasilja.

Dan meta l-allegazzjonijiet huma serji immens; u li fi kliem sempliċi jfissru li fit-toroq tagħna għandna nies li ngħataw liċenzja tas-sewqan… sempliċiment għaliex għaddewhom mit-test, bi pjaċir.

L-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem kienet ċara fi kliemha hekk kif ċanfret bl-iktar mod dirett lit-tmexxija ta’ Robert Abela. U qalet li dan l-aġir qed iwassal għal stat ta’ anarkija… fejn kulħadd jista’ jagħmel li jrid.