Inċident traġiku li seħħ f’Mestre, fil-provinċja ta’ Venezja u li ħalla 21 persuna mejta, filwaqt li ħmistax -il persuna oħra ndarbu, b’ħamsa minnhom weġgħu serjament.
Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45 tat-Tlieta filgħaxija fid-distrett ta’ Mestre, li hu mqabbad ma’ Venezja permezz ta’ pont. Ħidma ta’ emerġenza wasslet biex inħarġu diversi persuni mix-xarabank. Iżda sfortunatament, 21 persuna tilfu ħajjithom .. b’tarbija ta’ ftit xhur u żewgt itfal taħt it-tmintax–il sena kienu fost il-vittmi ta’ dan l-inċident li ħasad pajjiż sħiħ.
Il-vittmi jinkludu ħames Ukraini, persuna Ġermaniża, u x-xufierTaljan. Is-Sindku ta’ Venezja Luigi Brugnaro ddeskriva l-avveniment bħala “traġedja enormi” u qal li x-xena kienet apokalittika.
Rapporti qalu li l-inċident traġiku kien jinvolvi xarabank li ħadet in-nar wara li ħabtet u waqgħet minn fuq flyover qrib Venezja. Ix-xarabank, milli jidher kienet mikrija għat-turisti li kienu qed jivvjaġġaw bejn Venezja u post ta’ kampeġġ fil-viċin.
//= $special ?>