Jonathan Ferris jgħid li l-unika “intelligence” dwar Egrant kisibha mingħand John Dalli li qallu li tfisser ‘Election Grants’ b’rabta mal-Partit Laburista L-eks Spettur tal-Pulizija Jonathan Ferris qal fil-Qorti li l-unika “intelligence” li kien kiseb dwar Egrant kienet ġejja mill-eks Kummissarju tal-UE John Dalli li kien fdalu xi informazzjoni. Dan kien seħħ qabel ma kien spiċċa mill-korp tal-pulizija biex jingħaqad mal-FIAU.
Ferris qal li peress li bħala spettur kien mexxa l-investigazzjonijiet f’ħafna “każijiet kbar” qabel ma telaq – kien ikkuntattja lill-persuni allegatament involuti biex jinfurmahom li l-każ tagħhom se jittieħed minn xi ħadd ieħor. Dak kien meta John Dalli tkellem miegħu b’ċerta kunfidenza.
“Ħalli ngħidlek kelma. Qatt ma ltqajt ma’ xi ħadd bħalek fi ħdan il-korp. Jekk l-FIAU trid tagħmel ħoss, jekk trid tkun taf x’inhu Egrant, Egrant toqgħod għal Election Grants,” kien qal Dalli lil Ferris. Ferris xehed dan fil-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Marse-Anne Farrugia fejn qed jiġi mixli bi sperġur, jiġifieri li gideb taħt ġurament, akkuża li dejjem ċaħad, anzi minn dak li ħareġ fil-Qorti, kollox jindika li meta kien qed jinvestiga bis-serjetà, neħħew minn uffiċjal tal-FIAU.
Fil-fatt tard L-Erbgħa wara nofs inhae l-eks spettur tal-pulizija u uffiċjal tal-FIAU Jonathan Ferris qal fil-Qorti li hu qatt ma ngħata ċans jinvestiga allegazzjonijiet li jorbtu lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat jew lil martu mal-kumpanija sigrieta tal-Panama Egrant u li qatt ma gideb bil-ġurament meta xehed quddiem il-Maġistrat li qed tisma’ l-każ.
“Qatt ma għidt li Egrant kienet ta’ Muscat jew ta’ martu,” qal Ferris meta xehed fit-tul fi proċeduri li għaddejjin fejn jinsab akkużat b’diskrepanzi fix-xhieda tiegħu quddiem il-Maġistrat, illim Imħallef ta’ dak iż-żmien Aaron Bugeja li f’Lulju tal-2018 temm l-inkjesta tiegħu dwar Egrant.
Ferris qal li d-diskrepanza apparenti li fuqha l-prosekuzzjoni kienet iddedikat il-każ tagħha ma kienet xejn ħlief żball uman peress li dak iż-żmien, kien qed jixhed mill-memorja. Spjega li lura f’April 2017, wara li ħalla l-korp tal-pulizija biex jieħu kariga maniġerjali fir-regolatur tar-reati finanzjarji, Ferris kien inkarigat li jfassal sett ta’ mistoqsijiet li l-FIAU kellha tagħmel lill-MFSA u lill-impjegati tal-Pilatus bank.
Rapport ta’ konformità dwar il-bank, imħejji mir-regolatur f’Marzu 2016, kien indika tranżazzjoni suspettuża ta’ €1 miljun minn kont ta’ parti terza għal kont ta’ riskju għoli. Ir-rapport qal li l-bank, inkluż l-uffiċjal tiegħu dwar il-ħasil tal-flus, seta’ jipprovdi biss spjegazzjoni ġenerika u l-parti terza kienet għamlet diversi depożiti.
Waqt li kien qed jaħdem fuq mistoqsijiet li għandhom isiru lill-bank, ħarġu stejjer fuq ir-‘Running Commentary’ ta’ Daphne Caruana Galizia. Dak il-blog kien meqjus bħala “intelliġenza” u ngħatat ħafna attenzjoni mill-FIAU, kif jindikaw minn sensiela ta’ messaġġi.
Ix-xhud qal li l-FIAU kienet tagħti mportanza kbira lill-istejjer ta’ Daphne Caruana Galizia. Ferris qal li kien rċieva mingħand Ruth Gauci, analista anzjana, li qaltlu biex jiċċekkja post partikolari fuq il-blog ta’ Daphne.
Fakkar ukoll kopja ta’ wieħed minn dawk il-blogs li qed tpoġġa fil-fajl tal-‘intelligence’ tal-FIAU. Dak il-blog kien jikkonċerna allegata tranżazzjoni ta’ USD 400,000 lis-sieħba ta’ Michelle Muscat fin-negozju tal-ġojjellerija Buttardi mingħand oħt is-sid tal-bank Pilatus. “Dak hu li beda kollox,” qal Ferris. Meta aktar tard xehed fl-inkjesta Egrant, huwa kien semma dak l-ammont bħala €600,000.
Ma ngħatax ċans jara jekk Egrant kinitx marbuta mal-Joseph Muscat
Iżda qatt ma qal li dik it-tranżazzjoni marret għand Egrant. “Ma nafx minn fejn ġabet dan il-prosekuzzjoni. It-tranżazzjoni semmiet lil Buttardi,” huwa saħaq. Il-Maġistrat inkwirenti Aaron Bugeja kien staqsieh mill-ewwel jekk fi żmienu fl-FIAU hu kienx iltaqa’ ma’ xi intelligence li torbot lil Muscat jew lill-partit tiegħu ma’ Egrant.
“It-tweġiba tiegħi kienet ċara. ‘Ma tawnix ċans,’ kien informa lill-Maġistrat Bugeja…..Warrbuni,” kompla jgħidlu Ferris. Il-Maġistrat ta’ dak iż-żmien Aaroln Bugeja kien għamilha ċara ħafna wkoll lil Ferris li t-termini ta’ referenza tal-inkjesta ma ppermettewx li jsir jaf ta’ min fil-fatt kienet tappartjeni Egrant.
Ferris qal li wara t-2 ta’ Mejju 2017 prattikament ġie ridott għal “fatat” fuq il-post tax-xogħol. Kienu qalulu biex iżomm ‘il bogħod minn kwalunkwe investigazzjoni relatata mal-gvern filwaqt li l-kompiti tax-xogħol kienu maqsuma fost uffiċjali oħra.
“L-informazzjoni kollha li tajt fl-inkjesta kienet ibbażata fuq l-investigazzjoni li kont wettaqt fuq xi erbat ijiem,” huwa qal. Irrimarka li meta kienet xehdet, l-eks Supretendent Yvonne Farrugia “b’mod ġust” stqarret li kien hu kien qed jixhed mill-memorja.
“Għandi rekord mill-aqwa fil-Korp tal-Pulizija u mill-Qorti dejjem tifħir ingħatajt mill-ġudikanti għall-mod kif kont imexxi l-prosekuzzjoni tiegħi. Qatt ma jgħaddili minn moħħi li nieħu ġurament falz. Aħseb u ara quddiem il-Maġistrat Bugeja!”
Qabel ma temm ix-xhieda tiegħu Ferris ippreżenta għadd ta’ dokumenti fil-Qorti biex jissostanzja dak kollu li ilu jgħid. L-Ispettur Wayne R Borg qed imexxi l-prosekuzzjoni. L-Avukat Jason Azzopardi huwa l-avukat difensur. Il-każ ikompli fit-12 ta’ Frar, fis-2pm.
//= $special ?>