Lokali

Segretarju Parlamentari Laburista ieħor jinqabad jabbuża minn fondi pubbliċi – PN

Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul fil-jiem li għaddew inqabad juża flejjes tal-Gvern Malti biex jagħmel reklami politiċi favur tiegħu. B’hekk iffranka l-ispejjeż hu għax reklami politiċi bħal dawn kellhom jitħallsu minnu personalment minn butu.

Mis-Sibt, 28 ta’ Settembru, 2023, fuq is-sit soċjali Facebook beda jidher reklam imħallas minn fondi pubbliċi permezz tas-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li hu responsabbli għalih is-Segretarju Parlamentari u Deputat Laburista Andy Ellul.

Ir-reklam hu fil-forma ta’ filmat awdjo-viżiv. Il-filmat sħiħ jinsab hawn: https://www.facebook.com/djalogusocjaligovmt/videos/2361526904030115

Dan hu każ ċar ieħor ta’ ksur ta’ etika u tal-Liġi minn Segretarju Parlamentari Laburista ieħor, li bl-aktar mod arroganti qed juża l-flus mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi biex jagħmel propaganda politika għalih innifsu.

Għalhekk, id-Deputati Nazzjonalisti Karol Aquilina u Ivan Castillo talbu lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex jinvestiga.