Għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar seħħ inċident tat-traffiku fl-inħawi tal-housing estate fil-Furjana fejn inqelbet karozza fi Triq il-Kapuċċini.
Fuq il-post immedjatament waslu membri tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza iżda jidher li l-ebda persuna ma ttieħdet l-Isptar.
L-impatt seħħ bejn 2 vetturi – Dacia Duster u Toyota Ractis misjuqa minn żewġ irġiel.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>