Waqt li madwar id-dinja qed jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Għalliema, f’Malta bosta għalliema qed jaffaċjaw numru ta’ problemi.
Għalliema partikolari ma kilitx il-lunch tagħha għax wieħed mill-istudenti tagħha ta disa’ snien, ma kellux x’jiekol. Waqt li għalliem veteran ieħor qiegħed jagħlem lil għalliem li għadu kemm beda jaħdem.
Għalliema oħra baqgħet tikkonsla studenta ta’ 10 snin li ma setgħetx tieqaf tibki wara li miet in-nannu tagħha. Waqt li għalliem ieħor qiegħed jitgħallem l-intervent ta’ kif isalva l-ħajja, f’każ li wieħed mill-istudenti tiegħu itih fit.
Intant għalliema oħra rrapurtat allegatament każ ta’ abbuż, fuq tifla ta’ 13-il sena, wara li din qasmet qalbha mal-għalliema tagħha. Waqt li għalliem ieħor kellu jċempel il-gwardjani responsabbli minn student ta’ sitt snin wara li dan sab diffikulta jaqra minn fuq l-interactive white board.
Għalliema oħra kellha titma tifel ta’ 12-il sena l-ikel minħabba r-riskju li dan jista jifga. Waqt li fuq nota pożittiva, student ta’ 14-il sena daħal fil-grupp tar-robotika wara li sema’ lill-għalliem tiegħu jitkellem dwar dan il-grupp b’ċertu passjoni.
Dawn l-għalliema u bosta għalliema oħra huma membri fil-Malta Union of Teachers (MUT). Din il-union taħdem biex tagħti l-aqwa riżultati possibli kemm lill-edukaturi kif ukoll lill-istudenti.
Intant l-MUT pproponiet 10 suġerimenti sabiex aktar persuni jitħajru jidħlu f’din il-professjoni.
//= $special ?>